IL-GVERN JAGĦLAQ L-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA B'MOD IMMEDJAT
L-inċidenti tal-aħħar jiem fejn persuni kriminali sparaw b' mod kontinwu lejn influss akbar mis-soltu ta' tajr protett wassal lill-Gvern biex jiddeċiedi li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa immedjatament.
Dan il-Gvern kien ċar mill-bidu li filwaqt li irid li l-kaċċaturi igawdu mid-drittijiet tagħhom, mhuwiex se jittollera aġir kriminali, speċjalment dak li jidher li qed isir minn persuni b' mod maħsub ta' poaching għal raġunijiet kummerċjali ta' ibbalzmar.
Il-maġġoranza l-kbira tal-kaċċaturi jipprattikaw id-delizju tagħhom bl-aktar mod responsabbli u serju. Madankollu minoranza zgħira ħafna ta' kriminali qed ikissru d-delizju tal-kaċċa b'detriment lejn min hu responsabbli.
Il-Gvern żied l-infurzar li issa hu fl-ogħla livell li qatt kien f' pajjiżna. Madankollu, b' dak li seħħ f' dawn il-jiem, jidher li hawn min jaħseb li jista' jagħmel li jrid.
Lanqas deċizjoni għaqlija tal-Pulizija li tappella minn deċizjoni tal-Qorti biex wieħed mill-kriminali li nqabad jintbagħat direttament il-ħabs ma serviet ta' deterrent.
Il-Gvern kien diġa' wissa li aġir bħal dan jista' jwassal għal passi drastiċi. Dan il-pass issa ttieħed.
Għalhekk, il-Gvern iddeċieda li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa sal-10 ta' Ottubru 2014, meta tkun spiċċat il-passa tal-għasafar protetti.
Dan il-pass għandu jservi ta' twissija lil kulħadd. Fuq kollox, għandu jservi lil kaċċaturi responsabbli biex iżidu l-kollaborazzjoni tagħhom mall-pulizija u jgħinu biex jinqabdu dawn il-kriminali, li wħud minnhom saħansitra qed jagħmlu l-flus waqt li jirvinaw id-delizzju ta' ħaddieħor.
Nota teknika:
Bis-Saħħa tas-setgħat mogħtija mir-Regolament 19 (5) tar-Regolamenti tal-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (LS 504.71) u r-Regolament 6 (2) tar-Regolamenti tal-Protezzjoni tal-Fenek Selvaġġ (SL 504.06), l-istaġun tal-kaċċa għall-għasafar fuq l-art u fil-baħar, kif ukoll kwalunkwe kaċċa ta fenek selvaġġ, qed jigi sospiz b'effett immedjat mit-3pm ta 'nhar 20 Settembru u sal-5 am 11 Ottubru, 2014.
English: In exercise of the powers conferred by Regulation 19 (5) of the Conservation of Wild Birds Regulations (S.L. 504.71) and Regulation 6 (2) of the Protection of Wild Rabbit Regulations (S.L. 504.06), the autumn hunting season for birds on land and at sea, as well as any shooting of wild rabbit, is being suspended with immediate effect as from 3pm on 20th of September and until 5 am on 11th of October 2014.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044