STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA U L-MUMN
Ġie milħuq ftehim bejn il-Gvern u l-MUMN fuq diversi materji pendenti rigward l-infermiera u l-possibilità biex infermiera li jkunu se jirtiraw jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom wara l-età tal-irtirar.
Permezz ta’ dan il-ftehim se jkunu qed jitħabbru wkoll ir-riżultati ta’ Practice Nurse, fil-ġranet li ġejjin. Il-Gvern se jkun ukoll qed jara li jkun hemm sistema aktar effiċjenti fil-proċess tal-ingaġġar ta’ nurses biex jiġu eliminati l-burokrazija u d-dewmien żejjed fl-ipproċessar ta’ dawn is-sejħiet.
Il-Ftehim jirrikjedi wkoll li s-sejħiet interni abbażi tal-ftehim settorali tal-infermiera fi ħdan l-uffiċċju tad-Direttorat tal-Infermiera u l-Qwiebel joħorġu f’Jannar 2015 biex sa Frar 2015 dawn il-postijiet ikunu mtlew.
Se tinħareġ ukoll sejħa għal Senior Staff Nurse s’Ottubru li ġej u fil-futur sejħiet għall-applikazzjonijiet għal Senior Staff Nurse se jibdew jinħarġu fix-xhur ta’ Marzu u Ottubru.
Il-President tal-Union tal-Infermiera u Qwiebel, is-Sur Paul Pace, wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim u rringrazzja lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi għall-impenn tiegħu biex dawn il-materji pendenti jkunu solvuti għall-ġid ta’ kulħadd.
Intant il-Gvern qal li jinsab kommess li jkompli jtejjeb is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna bl-involviment ta’ dawk il-partijiet kollha kkonċernati fl-interess tal-pazjenti f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044