IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TĦABBAR SENSIELA TA’ INIZJATTIVI ĠODDA GĦAL-ANZJANI
F’Attività fiċ-ċentru ta’ matul il-Jum għall-Anzjani Ħad-Dingli, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Jusytne Caruana ħabbret inizjattivi ġodda għall-anzjani li jattendu iċ-ċentri ta’ matul il-jum.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbret li fiċ-ċentri ta’ matul il-jum madwar il-pajjiz ser jibda ikun hemm taħriġ għall-anzjani. Dan huwa parti mix-xogħol li qiegħed isir mill-gvern biex tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għal-anzjanità attiva. Qalet li dan ser iservi għall-anzjani fil-komunità biex jitgħalmu iżjed u ikunu infurmati b’informazzjoni utli li ser tibqa isservihom matul ħajjithom. Waqt il-laqgħa preżentat prospett ta’ dan it-taħriġ li ser ikun jikkonsisti f’suġġetti varjati u interesstanti ħafna għal-anzjani tagħna.
Ħabbret ukoll proġett pilota li ser ikun qiegħed jiġi imniedi fiż-żmien li ġej ta’ korsijiet għal-qabel l-irtirar, għal-persuni il-fuq minn 55 sena. L-għan ta’ dan il-proġett huwa biex jipprepara lil min riesaq lejn l-irtirar għall- anzjanità u dan sabiex dejjem nassiġuraw anzjanità attiva u kwalità tal-ħajja aħjar.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044