Left arrow Go Back

BŻONN LI L-KUNSILLI LOKALI JIKKONSULTAW AKTAR MAR-RESIDENTI

pr142074
Date Icon 18/09/2014

Waqt it-tnedija tal-proġett pilota Local Councils Performance Indicators li ser jitmexxa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo saħaq li l-prijorità ta’ dan il-gvern hija dik li jkollna Kunsilli Lokali aktar effiċjenti u aktar qrib in-nies.

Fid-diskors tiegħu, Dr Buontempo qal hekk, “Dan il-proġett pilota ser iwassal sabiex għall-ewwel darba l-gvern lokali f’pajjiżna jkollu livelli ta’ indikaturi ta’ effiċjenza għas-servizzi li jagħtu liċ-ċittadini. Servizzi li huma fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern Lokali u li huma l-indikaturi maġġuri li fuq iċ-ċittadini ikejlu l-operat tagħkom il-Kunsilliera.

“Bħalma kelli l-opportunità nenfasizza ftit tal-ġimgħat ilu meta indirizzajt lill-Kunsilli Lokali fil-bidu tat-twettiq ta’ dan il-proġett importanti, is-Segretarjat imexxi minnhi se jkun qed jagħmel dak kollu possibli sabiex jara li l-Kunsilli Lokali jimxu mal-liġijiet li waqqfuhom. Dan ser inwettquh billi nkunu pożittivi u noffru t-taħriġ u l-għodod kollha neċessarji sabiex dan jitwettaq. Xi ħaġa li ser nimplimentawa wkoll bl-għajnuna ta’ eluf fondi Ewropej, li fil-ġimgħat li ġejjin ser nkunu qed nħabbru eżatt kif ser nutuiliżżawhom sabiex nagħtu aktar taħrig u għajnuna lill Kunsilli Lokali tagħna.

“Dak li qed jingħata bidu għalih illum hu l-metodu ta’ kif trid tiġi implimentata l-politika għall-gvern lokali f’pajjżina. Qabel jittieħdu inizjattivi naraw li nwettqu proġett pilota sabiex naraw x’riżultati nakkwistaw u fejn ikun meħtieġ li ntejbu l-operat tagħna. Għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lid-19-il Kunsill Lokali li ħa l-inizijattiva li jipparteċipa fil-proġett pilota li fi tmiem tiegħu s-sena d-dieħla se jwassal biex għall-ewwel darba, l-gvern lokali f’pajjiżna jkollu sistema ta’ performance management u iktar importanti performance indicators. Dan se jfisser li l-Kunsilli Lokali se jkunu jistgħu jaraw x’livell ta’ kwalità qed joffru fis-servizzi li jagħtu lir-residenti kif ukoll ikun hemm proċess u strateġija li twassal għal titjieb fejn ikun hemm bżonn.

“Mill-istħarriġ jidher li huma biss 17% li għandhom pjan strategiku biex jaslu għal għanijiet tagħhom u li 26% biss jagħmlu proċessi ta’ konsultazzjoni mar-residenti. Inkun onest magħkom, dawn mhumiex livell aċċettabli iżda nifhem li fil-passat ma kontux qed tingħataw l-opportunitajiet bħalma qed jiġu offruti llum. Iżda li hu komfortanti hu r-riżultat fl-istess stħarriġ fejn 96% tal-Kunsilli Lokali qed isostnu li b’sistema ta’ indikaturi ta’ effiċjenza inkunu nistgħu nagħtu servizz aħjar lir-residenti.

“Nibqa’ nisħaq li hemm dejjem bżonn ta’ aktar kommunikazzjoni mar-residenti peress li dawn għad m’għandhomx għarfien biżejjed dwar il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Jidher li l-iktar oqsma li r-residenti jixtiequ li ssir ħidma fuqhom mill-gvern lokali huma l-indafa tal-lokalita’ u l-manutenzjoni tat-toroq. Dawn huma wkoll tnejn mit-tliet ħidmiet ewlenin li intkom bħalha Kunsilli Lokali identifikajtu bħala prijorità għall-ħidma tal-Kunsill. Għalhekk nissuġerixxi, mingħajr ma ninponi, li l-indikaturi tal-effiċjenza jkunu relatati ma’ dawn iż-żewġ oqsma.

“Inizjattiva oħra li qed isir ħidma intensiva fuqha hi proġett kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna se jkollna kwalifika akkademika dedikatata għal Gvern Lokali f’pajjiżna f’livell ta’ Diploma. Dalwaqt se nkunu qed nagħtu wkoll bidu għal dan it-taħriġ. Taħriġ li se jkun qed iwassal biex jinbeda wkoll pass ieħor ta’ strateġija billi tingħata l-liċenzja mill-Ministeru għall-Edukazzjoni sabiex jopera ċentru tat-taħriġ ddedikatat għall-gvern lokali f’pajjiżna.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow