Left arrow Mur Lura

ID-DISA’ EDIZZJONI TAL-QALA INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL

pr142066
Date Icon 17/09/2014

Il-Ministru ta’ Għawdex Anton Refalo flimkien mas-Sindku tal-Qala l-Perit Clint Camilleri nedew d-disa’ edizzjoni tal-Qala International Folk Festival. Dan il-festival, li huwa organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala flimkien mal-Menhir Qala Folk Group, sar parti integrali mill-kalendarju tar-raħal tal-Qala. Mifrux fuq tlett ijiem, mit-19 sal-21 ta’ Settembru, ir-raħal tal-Qala jinbidel f’wieħed folkloristiku bi żfin, kant, mużika u kostumi folkloristiċi.

Fil-Qala International Folk Festival jipparteċipaw mhux biss gruppi folkoristiċi mill-Qala u minn bliet u rħula oħra Għawdxin, imma wkoll jieħdu sehem gruppi barranin. Għalhekk dan il-festival iservi ta’ tieqa li tifrex fuq il-kulturi ta’ popli ta’ pajjiżi oħrajn. Dan jgħin biex nifhmu l-għeruq tagħna, nitgħallmu dwar il-kulturi ta’ popli barranin waqt li nfittxu l-unità fid-diversità.

Il-grupp Val d’Akragas minn Agrigento għal darb’oħra se jieħu sehem f’dan il-festival. Dan il-grupp għandu wkoll skola folkloristika taż-żfin li tirrifletti l-bidliet kulturali u soċjali li seħħew fi Sqallija fil-ħamsin sena li għaddew. Il-grupp folkoristiku Pollakk Chludowianie li fih madwar 80 żeffien/a b’etajiet varji u li għadu kemm rebaħ il-festival folkloristiku nazzjonali tat-tfal. Dan il-grupp se jagħti preżentazzjoni mill-aqwa ta’ żfin, kant u mużika b’kostumi mill-isbaħ li bihom iwasslu l-kultura Polakka u jitfgħu dawl fuq kif kienu jgħixu l-Polakki, l-istorja tagħhom, kif kienu jqattgħu ż-żmien liberu tagħhom u r-riti ta’ pajsaġġ tagħhom.

Permezz ta’ dan il-festival, il-Kunsill Lokali tal-Qala qiegħed jgħin bis-sħiħ fil-viżjoni tal-Ministeru għal Għawdex li permezz ta’ attivitajiet li jattiraw niċeċ ġodda ta’ turisti kemm Maltin kif ukoll barranin. Attivitajiet bħal dawn għenu biex Għawdex laħaq livell rekord ta’ turisti dan is-sajf.

Il-Ministru Anton Refalo rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Qala u awgura li għal darb’oħra dan il-festival ikun suċċess bħalma kien fis-snin l-imgħoddija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow