Left arrow Go Back

WAQT LAQGĦA MAL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA IL-PRINCE’S TRUST TAL-INGILTERRA TĦABBAR LI SE TVARA PROĠETTI EDUKATTIVI F’MALTA B’RISQ ADOLOXXENTI U ŻGĦAŻAGĦ LI JSOFRU MINN ESKLUŻJONI SOĊJALI

pr142065
Date Icon 17/09/2014

Waqt laqgħa li kellha l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca mal-Prince’s Trust tal-Ingilterra mwaqqfa mill-Prinċep Karlu, tħabbar li se jitwaqqfu programmi soċjo-edukattivi b’risq żgħażagħ li jsofru minn esklużjoni soċjali.  Dawn il-programmi soċjo-edukattivi tal-Prince’s Trust bl-appoġġ tal-HSBC Bank Malta, li se joperaw taħt l-awspiċi tal-Uffiċċju tal-President huma frott ta’ taħdidiet li bdiet il-President mal-HSBC Bank Malta f’April ta’ din is-sena. Waqt il-laqgħa l-Kap Eżekuttiv tal-Prince’s Trust f’Londra, Martina Milburn qalet li Malta se tkun l-ewwel pajjiż li fih din it-Trust se tkun qed tiftaħ proġetti lil hinn mir-Renju Unit. 

Martina Milburn spjegat lill-President ta’ Malta kif il-Prince’s Trust tagħti ħajja ġdida lil żgħażagħ li jkunu deskritti mis-soċjetà bħala falliment, fosthom żgħażagħ bla saqaf fuq rashom, u żgħażagħ li jisfaw jaqgħu fiċ-ċirku tal-kriminalità.  Semmiet stejjer ta’ adoloxxenti u żgħażagħ li minn sitwazzjoni ta’ faqar, mhux talli jsibu saqajhom b’impjiegi stabbli, talli jirnexxielhom jiksbu suċċess intraprenditorjali. 

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-edukazzjoni formali u informali hija ċ-ċavetta kontra l-faqar, u li programm bħal dan jagħti kuraġġ lil dawk li jsofru minn din l-esklużjoni soċjali.

Għal din il-laqgħa kien preżenti s-segretarju privat tal-Prinċep Karlu li wassal messaġġ ta’ awgurju lil Malta li qed tfakkar il-Ħamsin Anniversarju ta’ Indipendenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow