Left arrow Mur Lura

LAQGĦA MAS-SINDKI TA’ MALTA DWAR L-ISTRATEĠIJA GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U GĦAD-DIMENSJA

pr142060
Date Icon 17/09/2014

F’laqgħa li saret fil-kunsill lokali tal-Ħamrun, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ltaqgħet mas-Sindki ta’ Malta. L-iskop tal-laqgħa kien biex tiġi promossa iżjed l-istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva u l-Istrateġija dwar id-Dimensja. Waqt din il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari saħqet li huwa importanti li dawn l-istrateġiji jinżlu fil-livell lokali sabiex verament jilħqu lil kulħadd u għalhekk ikollna politika iktar effettiva u effikaċi.

Il-kunsilli huma stakeholders importanti u fakkret kif reċentement ġie mniedi l-proġett ta’ social outreach fil-komunità u kif mill-bidu tas-sena d-dieħla dan il proġett se jkun estiż fuq livell nazzjonali. Ħabbret ukoll kif fil-ġranet li ġejjin se jiġi mniedi proġett ieħor biex iċ-ċentri ta’ matul il-jum jinbidlu f’ċentri ta’ tagħlim. Għalhekk Justyne Caruana saħqet li l-kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-Kunsilli Lokali hija essenzjali u kruċjali għaliex nistgħu nużaw ir-riżorsi aħjar b’risq l-anzjani tagħna.

Dr Caruana espremiet is-sodisfazzjon tagħha mhux biss tal-attendenza imma wkoll tal-parteċipazzjoni u suġġerimenti li saru mis-sindki preżenti.

Waqt din il laqgħa saru preżentazzjonijiet minn Dr Marvin Formosa mill-Kummissjomi dwar l-Anzjanità Attiva, is-Sinjura Cynthia Formosa li tmexxi it-taqsima tal-Anzjanità Attiva u Dr Charles Scerri, in-National Focal Point fuq id-Dimensja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow