Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILLI LOKALI FIĊ-ĊENTRU TAT-TAGĦLIM TAL-ICT

pr142055
Date Icon 16/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo lbierah attenda għall-ewwel serata ta’ tqassim taċ-ċertifikati lit-tfal li attendew għall-kors Ikids, kors ta’ tagħlim tal-ICT offrut lit-tfal bejn 5 u 10 snin b’xejn mill-Kunsilli Lokali.

Dr Buontempo sostna li llum il-ġurnata qed ngħixu f'dinja fejn saret xi ħaġa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibli, li wieħed javvanza fil-ħajja mingħajr ma jkollu taħriġ bażiku fl-informatika u huwa għalhekk li l-kors Ikids huwa opportunità tad-deheb għat-tfal tagħna sabiex minn età bikrija jibdew jiffamiljarizzaw rwieħhom mal-għodod bażiċi tal-ICT.

Saħaq li għalhekk bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali se jkompli jagħti l-għodda kollha neċessarja sabiex il-Kunsilli Lokali jibqgħu joffru dawn il-korsijiet. Qal ukoll li ngħatat għajnuna finanzjarja akbar lil dawk il-lokalitajiet fiż-żona tal-Port fosthom lil Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Marsa u dawk tal-Kottonera sabiex it-tfal kollha jkunu jistgħu jattendu għal dawn il-korsijiet. Sostna li dan sar għaliex l-ebda tifel u tifla m'għandu jkollha opportunitajiet inqas sabiex javvanza fil-ħajja. Dan għaliex bħala Gvern nemmnu li l-opportunitajiet ta' taghlim għal uliedna m'għandhomx jiġu mkejla fuq il-finanzi disponibbli tal-ġenituri tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari sostna li l-proġett Ikids huwa wkoll prova ċara li l-kooperazzjoni bejn il-privat u l-Gvern Lokali għadha dejjem tigi mħeġġa. Huwa għalhekk li appella għal aktar parteċipazzjoni u kooperazzjoni bejn kumpaniji privati u l-Kunsilli Lokali mhux biss fil-qasam tat-taħriġ iżda wkoll f'oqsma oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Gvern Lokali.

Sadanittant illejla mistennija titella’ it-tieni serata ta’ tqassim taċ-ċertifikati fit-8.30pm fit-Teatru Rjal. Serata li matulha se jiġu ppremjati t-tfal u l-Kunsilli Lokali fiż-żona tan-naħa t’isfel ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow