Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILLI LOKALI GĦANDU JKOLLHOM IRWOL ĊENTRALI FIL-PREPARAZZJONI GĦALL-VALLETTA 2018

pr142050
Date Icon 16/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Dr Stefan Buontempo, inawgura wirja taċ-ċeramika li qed tittella’ mis-Sur Michele di Liberato fil-Berġa ta’ Franza bejn il-15 ta’ Settembru u t-13 ta’ Ottubru.

Dr Buontempo, fid-diskors inawgurali ta’ din il-wirja, sostna li attivitajiet bħal dawn ikomplu jagħtu dimensjoni kulturali aktar b’saħħitha lill-lokalitajiet tagħna. Huwa saħaq li jemmen bis-sħiħ li l-Kunsilli Lokali għandu jkollhom irwol ċentrali fil-preparazzjoni għall-Valletta 2018. Buontempo sostna li għalkemm iċ-ċentru tal-attivitajiet kulturali għall-V18 għandha tibqa’ l-Belt Valletta, jemmen li pajjiżna għandu wisq x’joffri sabiex dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu ristretti biss għall-Belt Kapitali tagħna.

Għalhekk, is-Segretarju Parlamentari sostna li s-Segretarjat għall-Gvern Lokali se jkun qed jaħdem sabiex jgħin lill-Kunsilli Lokali kollha biex huma wkoll jorganizzaw diversi attivitajiet li jkunu wkoll parti mill-kullana kulturali li biha pajjiżna se jkun iċċelebrat bħala l-Belt Kapitali Ewropea.

Minn naħa tiegħu, is-sindku tal-lokalità tal-Birgu, John Boxall, saħaq li b’din il-wirja isem il-lokalità tal-Birgu kompla jitla’ ’l fuq. Saħaq li l-Kunsill Lokali tal-Birgu se jkompli jaħdem biex iressaq aktar talent u investiment lejn il-Birgu, filwaqt li qal li din is-sena l-attività Birgu Fest se tkun qed tingħata dimensjoni ferm akbar bil-parteċipazzjoni ta’ żewġ delegazzjonijiet barranin li se jkunu qed iħabbru proġett kbir li se jkompli jtella’ ’l fuq isem pajjiżna, kif ukoll isem il-Belt Vittoriosa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow