Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TĦABBAR LI SE TIRRIFORMA L-MALTA COMMUNITY CHEST FUND WAQT LI TINDIRIZZA KONSULENTI MEDIĊI F’LONDRA

pr142049
Date Icon 16/09/2014

Waqt li kienet qed tindirizza lill-konsulenti mediċi f’Londra, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ħabbret li se tkun qed tirriforma l-Malta Community Chest Fund.  Il-President spjegat li minn fond, il-Malta Community Chest Fund se tinbidel għal fondazzjoni li mhux biss tipprovdi servizzi lill-persuni għaddejjin minn perjodu ta’ mard, iżda li din l-istess Fondazzjoni tikkontribwixxi anki fir-riċerka fuq il-mard. 

Waqt li indirizzat lill-konsulenti f’attività organizzata mill-Presidenza f’Londra, il-President tablet lill-konsulenti mediċi fl-Ingilterra li jieħdu ħsieb il-kura ta’ pazjenti Maltin biex jaqsmu mal-Presidenza suġġerimenti ta’ kif is-servizz lejn il-pazjenti Maltin jista’ jissaħħaħ.  Fost il-konsulenti mediċi li laqgħu b’entużjażmu l-proposta tal-President, kien hemm anki konsulenti mediċi Maltin li ilhom snin twal joperaw minn sptarijiet Ingliżi. 

Il-President irringrazzjat lill-konsulenti mediċi għad-dedikazzjoni tagħhom fil-kura tal-pazjenti Maltin u spjegat kemm l-istess Maltin japprezzaw l-isforzi li qed isiru biex il-kura tkun suċċess. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow