IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TĦABBAR LI SE TIRRIFORMA L-MALTA COMMUNITY CHEST FUND WAQT LI TINDIRIZZA KONSULENTI MEDIĊI F’LONDRA
Waqt li kienet qed tindirizza lill-konsulenti mediċi f’Londra, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ħabbret li se tkun qed tirriforma l-Malta Community Chest Fund. Il-President spjegat li minn fond, il-Malta Community Chest Fund se tinbidel għal fondazzjoni li mhux biss tipprovdi servizzi lill-persuni għaddejjin minn perjodu ta’ mard, iżda li din l-istess Fondazzjoni tikkontribwixxi anki fir-riċerka fuq il-mard.
Waqt li indirizzat lill-konsulenti f’attività organizzata mill-Presidenza f’Londra, il-President tablet lill-konsulenti mediċi fl-Ingilterra li jieħdu ħsieb il-kura ta’ pazjenti Maltin biex jaqsmu mal-Presidenza suġġerimenti ta’ kif is-servizz lejn il-pazjenti Maltin jista’ jissaħħaħ. Fost il-konsulenti mediċi li laqgħu b’entużjażmu l-proposta tal-President, kien hemm anki konsulenti mediċi Maltin li ilhom snin twal joperaw minn sptarijiet Ingliżi.
Il-President irringrazzjat lill-konsulenti mediċi għad-dedikazzjoni tagħhom fil-kura tal-pazjenti Maltin u spjegat kemm l-istess Maltin japprezzaw l-isforzi li qed isiru biex il-kura tkun suċċess.
Other Press Releases:
PR262044
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...
PR262043