TINTEMM IL-KONSULTAZZJONI UFFIĊJALI DWAR IL-WHITE PAPER LI TITRATTA R-RIFORMA FIL-LIĠIJIET DWAR ID-DROGI TAL-ABBUŻ
Il-konsultazzjoni dwar il-white paper li titratta r-riforma fil-liġijiet dwar id-drogi tal-abbuż kienet suċċess. Permezz tagħha l-Gvern sema l-veduti tal-ikbar firxa wiesgħa ta’ nies – minn vittmi preżenti sa persuni li ħarġu mill-vizzju, u minn ġudikanti u avukati sa social workers, entitajiet importanti, żgħażagħ u pubbliku ġenerali.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici temm dan il-proċess uffiċjali ta’ konsultazzjoni permezz ta’ facebook chat fuq il-paġna Raise The Bars li nħolqot propju biex il-Gvern jisma' opinjonijiet ta’ nies anke fuq social media.
Illejla diversi persuni ddiskutew mal-Ministru Bonnici punti importanti li rriflettew id-dibattitu li tqanqal s’issa.
Jirrizulta li minkejja suġġerimenti differenti, s-sentiment ġenerali huwa li hemm bżonn riforma urġenti biex il-vittmi tad-drogi jingħataw iktar għajnuna, u mhux jintefgħu f’iktar problemi. Fl-istess waqt teżisti l-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar.
Il-fehmiet differenti li daħħlu fl-aħħar ġimgħat se jiġu kkunsidrati u analizzati mill-Gvern waqt li fix-xahar li ġej tkun qed titfassal il-liġi. L-għan huwa li l-liġi tiġi approvata mill-Parlament din is-sena stess.
Other Press Releases:
PR262044
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...
PR262043