Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU HELENA DALLI F’LAQGĦA MAL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA ANTONIO GUTERRES

pr142043
Date Icon 15/09/2014

Il-Kummissarju Għoli Guterres bi kliem t’appoġġ għall-ħidma tal-Gvern Malti fl-oqsma tal-integrazzjoni u tad-drittijiet ċivili

F’laqgħa mal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli, il-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres faħħar l-impenn tal-Gvern Malti fil-qasam tal-integrazzjoni kif ukoll fuq materji LGBTI.

Guterres kellu kliem ta’ tifħir għall-ħidma li qed iwettaq il-Ministeru mmexxi mill-Ministru Helena Dalli fil-qasam tad-drittijiet ċivili fost l-oħrajn bl-introduzzjoni tal-liġi tal-unjoni ċivili aktar kmieni din is-sena.

Dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, il-Kummissarju Għoli Guterres qal li jemmen li Malta għandha tkun kunsidrata bħala każ speċjali filwaqt li enfasizza li jinsab dispost li joffri lil pajjiżna l-appoġġ u l-għajnuna kollha possibli.

Min-naħa tagħha l-Ministru Helena Dalli qalet li l-Gvern japprezza l-kliem ta’ appoġġ min-naħa tal-Kummissarju Għoli għall-Ġnus Magħquda. Semmiet kif il-gvern qed jindirizza l-isfida tal-integrazzjoni fuq diversi livelli, fost l-oħrajn permezz ta’ edukazzjoni fl-iskejjel primarji.

Semmiet ukoll kif il-Gvern qed jindirizza l-problema tal-prekarjat billi jinsisti li kulħadd għandu jkollu l-istess drittijiet u kundizzjonijijet fuq il-post tax-xogħol.

“Qed naffrontaw il-problema b’mod pożittiv u nemmnu li fil-futur se jkollna r-riżultati”, qalet il-Ministru Helena Dalli.

Dwar materji LGBTI, il-Ministru Dalli spjegat kif il-gvern aġixxa kif kien wiegħed fil-manifest elettorali filwaqt li semmiet kif fil-preżent qed jitħejja abbozz ta’ liġi dwar l-identità tal-ġeneru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow