Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GHAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JAGĦTI SORPRIŻA U JILTAQA’ MA’ TURIST INGLIŻ FIS-SITTIN ŻJARA TIEGĦU F’MALTA

pr142041
Date Icon 15/09/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis jagħti sorpriża lis-Sur John Hughes, turist Ingliż li jinsab fis-sittin żjara tiegħu f’Malta. Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu s-Sur Paul Bugeja.

Il-Ministru Zammit Lewis saħaq kemm hu kruċjali li jkollna turiżmu ripetut għal pajjiżna. Dan jixhed li rridu nkomplu bil-ħidma biex intejbu l-kwalità tal-podott u s-servizzi turistiċi f’pajjiżna. Dan biex it-turisti jergħu jagħżlu lil Malta għall-btala tagħhom. Sadanitant, il-Ministru għat-Turiżmu rrefera li meta teskludi il-passiġġiera fuq il-cruiseliners, it-total jammonta għal 922,144 turist, fejn dawn żaru Malta matul l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena.  Fis-sena 2014 aktar minn 32% turisti żaru Malta mhux għall-ewwel darba u hawnhekk jindika li turisti li żaru l-gżejjer Maltin għal aktar minn darba żdiedu bi kważi 9% meta mqabbel mal-perjodu ta’ Jannar u Lulju tas-sena 2013.  F’dan l-istess perjodu, 42% turisti li kienu fuq żjara f’Malta mhux għall-ewwel darba ġew mir-Renju Unit, filwaqt li l-maġġoranza kienu ta’ età bejn 45 u l-64 sena.

Il-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis ippreżenta għotja kommerattiva lis-Sur John Hughes fl-okkażjoni tas-sittin żjara f’Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow