L-OMBUDSMAN JOSEPH SAID PULLICINO JIPPREŻENTA L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2015 LILL-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA
pr142039
15/09/2014
L-Ombudsman, il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino, ippreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, kopja tal-Ombudsplan għas-sena 2015 kif mitlub mill-Att tal-1995 dwar l-Ombusman.
Wara li dan id-dokument jiġi diskuss fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, li fih jidika l-attivitajiet ta’ din l-istituzzjoni għall-2015, l-Ombudsplan jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra skont l-artikolu 10(4) tal-Att imsemmi.
Other Press Releases:
PR262044
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...
PR262043