Left arrow Mur Lura

IMPENN BIEX IL-PAZJENT GĦAWDXI JINGĦATA KURA TAL-OGĦLA LIVELL F’GĦAWDEX STESS

pr142033
Date Icon 13/09/2014
  • €5 miljun f’fondi Ewropej għal xiri ta’ apparat ġdid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

  • 400 pazjent igawdi mis-servizz ġdid tad-Day Care  Unit

  • Zero waiting list fis-servizz ġdid offrut mill-Bone Density Unit

Waqt is-serata Premju Ħaddiem tas-Sena tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, is-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa Chris Fearne qal, “Il-viżjoni tagħna hi li l-qasam tas-saħħa f’Għawdex ikun xprun ekonomiku, biex f’Għawdex is-servizz tas-Saħħa jiġġenera x-xogħol barra mill-bini tal-isptar.” Din l-attività ġiet imtella’ bil-għan li jiġi rrikonoxxut l-impenn eżemplari ta’ dawk il-ħaddiema li b’ħidmithom ikunu ddistingwixxew ruħhom fil-kamp tas-servizzi tas-Saħħa f’Għawdex.

Fid-diskors tiegħu Chris Fearne tkellem fuq il-pjan strateġiku tal-Gvern biex jgħolli l-livell tas-Saħħa f’Għawdex, li għal-ewwel darba fl-istorja tiegħu dan ser igawdi minn  investiment ta’

€5 miljun f’fondi Ewropej għal xiri ta’ diversi apparat ġdid tal-ogħla teknologija.  “Minn stat ta’ abbandun, b’impenn u motivazzjoni, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jinbidel f’wieħed dinjituż, b’servizzi ġodda mmirrati biex il-pazjent Għawdxi jingħata l-kura li jixraqlu f’Għawdex stess mingħajr tbatija u skariġġ żejjed”, qal Chris Fearne. F’dan ir-rigward huwa semma li mill-bidu tal-ftuħ tad-Day Care Unit fl-Lulju 2014, madwar 400 pazjent gawdew minn dan  is-servizz, filwaqt li fil-kura li bdiet tingħata għall-ewwel darba fil-qasam tal-kura tal-għadam, il-pazjenti Għawdxin qed igawdu minn zero waiting lists.

Is-Segretarju Parlamentari żied, “Nemmnu li l-qafas tas-suċċess huma t-talenti u l-kapaċitajiet li għandna fir-riżors uman.  Qegħdin ninvestu fil-paramediċi u l-infermiera u filfatt mal-50 infermiera Għawdxin li kienu jservu fl-isptarijiet f’Malta, illum qed iservu f’Għawdex. B’hekk qegħdin insaħħu diversi dipartimenti fosthom fl-areas tan-nisa u fit-teatri tal-operazzjonijiet.”  Huwa tkellem fuq il-pjan tal-gvern li l-postijiet offruti lill-konsulenti f’Mater Dei qegħdin jinkludu s-servizz  tagħhom fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  “Grazzi għal dan l-ivestiment diġà bdejna nestendu ċertu servizzi, bħal dawk fil-qasam tal-endoskopija, l-kiruġija ġenerika u l-ortopedija  fejn żidna sessjonijiet ta’ wara nofsinnhar biex naqqasna l-waiting lists,” spjega is-Segretarju Parlamentari Fearne.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-Ministru ta’ Għawdex Anton Refalo, lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana u lil Dr Franco Mercieca tal-kollaborazzjoni tagħhom, u b’mod speċjali lill-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li  bix-xogħol tagħhom l-ambizzjoni li Għawdex joffri kura tal-ogħla livell minn ħaddiema li jpoġġu l-ewwel lill-pazjent qed tiġi mwettqa.

Waqt din is-serata li għaqdet ħaddiema minn kull dipartiment fis-settur,  l-impjegati kollha li jaħdmu hawnhekkk ġew mistiedna jinnominaw lil dak l-impjegat/a u lil dak it-tim li fl-opinjoni tagħhom kien jistħoqilhom li jiġu kkunsidrati biex jingħataw dawn il-premjijiet. Il-Premju Tim tas-Sena 2013 ingħata lit-Tim tal-HyperBarbaric Unit filwaqt li l-Premju Ħaddiem tas-Sena 2013 ingħata lil-Bernardette Piscopo, infermiera fil-Female General Ward li ilha sservi f’dan l-isptar għal dawn l-aħħar 30 sena.  F’din l-okkażjoni ngħatat ukoll tifkira lill-ħaddiema li rtiraw mis-servizz bl-età u lill-familjari ta’ dawk li ġew li nieqsa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow