Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

pr142026
Date Icon 12/09/2014

Dr Owen Bonnici llum ġie servut b'ċitazzjoni biex jidher għas-seduta tat-traffiku ta’ nhar it-3 ta’ Ottubru, 2014 quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Din iċ-ċitazzjoni tirreferi għall-inċident sfortunat li kellu l-Ministru bil-karozza privata tiegħu nhar it-3 ta’April 2014. Iċ-ċitazzjoni essenzjalment tgħid li Dr Bonnici involontarjament ikkaġuna ġrieħi fuq terza persuna u involontarjament ukoll ikkaġuna ħsara fuq żewġ vetturi.

Matul il-proċess kollu Dr Owen Bonnici kkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet u se jkompli jgħaddi mill-proċeduri kollha li jgħaddi minnhom kull ċittadin.

F'soċjetà demokratika l-liġi hija l-istess għal kulħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow