IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TAWGURA UFFIĊJALMENT L-UFFIĊINI TAL-GUARDIANSHIP
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana inawgurat uffiċjalment l-uffiċini l-ġodda tal-Guardianship.
Dr Caruana qalet li dan l-uffiċċju se jservi biex fih jopera l-Guardianship Board wara li dan il-bord ġie maħtur uffiċjalment ftit tal-gimghat ilu. Hija qalet li dan huwa servizz ieħor li qiegħed jiġi offrut mill-Gvern għall-persuni b’diżabilità, il-familji u l-familjari tagħhom, u permezz ta’ dan l-uffiċċju l-gvern se jkun qiegħed jagħti servizz sħiħ lil dawn il-persuni li għandhom bżonnu.
Hija semmiet li l-liġi tal-Guardianship kienet liġi mistennija b’reqqa minn familji ta’ persuni b’diżabilità u għalhekk dan il-gvern ħaseb biex jimplimentaha u kif ukoll jistabilixxi l-istruttura meħtieġa biex din tibda topera. Dr Caruana rringrazzjat lill-membri tal-bord immexxi mill-Imħallef emeritu Geoffrey Valenzia u kif ukoll lis-sinjura Marilyn Spiteri, ir-reġistratur tal-bord. Għal iżjed informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 22568249 jew jibgħat imejl fuq guardianship.mfss@gov.mt
Other Press Releases:
PR262044
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...
PR262043