Left arrow Mur Lura

‘POLICY’ FEJN ĠEW IMĦARSA DIVERSI ASPETTI AMBJENTALI

pr142022
Date Icon 12/09/2014

Meta kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-rural policy and design guidance l-Ministru Brincat qal li qabel ma’ l-Gvern iddeċieda dwar il-politika riveduta tiegħu dwar l-iżvilupp rurali, saru diversi konsultazzjonijiet mill-MEPA ma’ nies tekniċi fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima fejn b’riżultat tagħhom id-dokument aħħari ta kunsiderazzjoni lil diversi aspetti ambjentali u żgura li dawn jiġu mħarsa.

IL-Ministru Brincat qal li l-aktar aspetti importanti min-naħa ambjentali huma li l-iżviluppatur għandu l-obbligu li jiżgura li l-attivitajiet tiegħu jissodisfaw il-ħtiġijiet operattivi tal-obbligi ambjentali qabel ma’ dan jibda jew ikompli l-operat tiegħu, tant li l-proċeduri meħtieġa mill-Awtorità responsabbli għall-Ambjent sejrin jibqgħu meħtieġa.

Daqstant ieħor il-proposti se jkunu soġġetti għar-regoli prevalenti dwar Environment Impact Assessments kif ukoll dawk li jissejħu assessments xierqa – Appropriate Assessments.

Huwa qal li f’ħafna każi l-Awtorità l-ġdida għall-Ambjent u r-Riżorsi tkun trid tiġi kkonsultata u għaldaqstant għadd ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali se jkunu jridu jiġu inkorporati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Huwa ta’ komfort li l-policies ġenerali li jiggwidaw dan id-dokument jipprovdu lqugħ xieraq ambjentali, speċjalment fejn jidħlu proposti li jistgħu jkunu ta’ ħsara, jew ixekklu b’ xi mod l-ispeċi protetti u/jew il-habitats tal-ispeċi protetti.

Il-Ministru Brincat saħaq li min-naħa l-oħra hemm provvediment ukoll li jipprojbixxi proposti li jista’ jkollhom impatt negattiv bħal dak ambjentali, ta’ landscaping, kulturali u jew arkeoloġiku. Tant, li jekk jiġri dan, dawn ma jkunux permessi.

Filwaqt li ngħarfu l-fatt li din hija policy guidance – linja gwida – għall-politika mmirata lejn proġetti ta’ żvilupp ta’ dan it-tip, wieħed jemmen li bħal f’kull każ ieħor ta’ kwalunkwe policy li jistgħu jintroduċu l-gvernijiet tul is-snin, it-test veru ta’ dawn il-policies ikun fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom, speċjalment meta jitressqu ’l quddiem u jiġu evalwati l-proposti infushom fil-ġejjieni.

L-Awtorità l-ġdida għall-Ambjent u r-Riżorsi li se titwaqqaf hija mistennija li tagħmel moniteraġġ xieraq u effettiv f’dan ir-rigward.

Il-Ministru Brincat temm jgħid li jinsab fiduċjuż li dan is-sens ta’ bilanċ se jinżamm fil-prattika sforz ir-rieda tajba tal-partijiet regolatorji kollha involuti.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, qal li din se tkun policy li tissalvagwardja l-ambjent rurali ta’ pajjiżna.  Policy li se ġġib konsolidazzjoni ta’ diversi policies eżistenti, twassal għal aktar konsistenza fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, kif ukoll tagħti lok għal niċeċ agrikoli.

Qabel ma’ l-Gvern iddeċieda dwar il-politika riveduta tiegħu dwar l-iżvilupp rurali, saru diversi konsultazzjonijiet ma’ diversi persuni tekniċi fosthom dawk li ġejjin mill-qasam tal-ambjent, kif ukoll minn tal-agrikoltura.  Huwa qal li dan wassal sabiex inħareġ id-dokument aħħari li hu mmirat sabiex jitħarsu d-diversi aspetti involti. 

Semma kif jekk se jsiru ċertu żviluppi, dawn se jkunu reġistrati fir-Registru Pubbliku u kif ukoll mad-Dipartiment tal-Artijiet.  Dan sabiex jiġi żgurat li l-użu tagħhom ikun biss għal dak li ntalab u ma jkunx jista’ jigi trasferit lil ħaddieħor, jew isir użu ieħor minnhom.

Waqt il-konferenza tkellmet ukoll il-Perita Elizabeth Ellul fejn spjegat il-Policy u kif se tkun imqassma.  Għal aktar tagħrif tista’ żżur is-sit www.mepa.org.mt fejn issib id-dokument online.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow