Left arrow Mur Lura

10 IMPJIEGI FULL-TIME ĠODDA MAS-SETTUR PRIVAT KULJUM F’DIN IL-LEĠISLATURA

pr142015
Date Icon 11/09/2014

Konferma oħra tat-titjib qawwi  u konsistenti fl-ekonomija Maltija

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’April li għadda, n-numru ta’ impjiegi full-time mas-settur privat laħaq il-figura rekord ta’ 118,009.

Dan ifisser li, mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, l-impjiegi full-time mas-settur privat żdiedu b’4,116, jew 3.6%. B’hekk, kull jum li ilu fit-tmexxija dan il-Gvern ra żieda ta’ 10 impjiegi full-time mas-settur privat.

Fost is-setturi fejn l-aktar kien hemm tkabbir insibu s-servizzi professjonali, amministrattivi u tekniċi, fejn mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ kważi 1,500 impjieg full-time, jiġifieri tkabbir ta’ 9.3%. Fil-qasam tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni, kien hemm żieda ta’ 445 impjieg  full-time, jew aktar minn 9%, minn Marzu 2013 sa April 2014.

Pajjiżna esperjenza tkabbir ta’ 603 impjieg full-time fl-industrija finanzjarja. Is-settur tal-wholesale u retail, li skond l-Oppożizzjoni għaddej minn kriżi, żied l-impjiegi full-time b’475, jew 2%, mindu bdiet din l-amministrazzjoni. Fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa privata kien hemm żieda ta’ kważi 500 impjieg  full-time.

Intant, kien ilu ħafna pajjiżna ma jara tkabbir anke f’setturi bħall-manifattura u l-kostruzzjoni. Dawn is-setturi, matul l-amministrazzjoni preċedenti, kienu naqsu l-impjiegi full-time b’2,238, tnaqqis ta’ aktar minn impjieg kuljum. Minflok, meta mqabbla mal-bidu ta’ Marzu tal-2013, illum fil-qasam tal-manifattura hemm jaħdmu kważi 100 ruħ aktar, filwaqt li fil-kostruzzjoni l-impjiegi full-time żdiedu bi kważi 325.

Anke f’Għawdex, li tul l-amministrazzjoni preċedenti kien ra staġnar fl-impjiegi, tidher ċara l-bidla fid-direzzjoni. Mill-bidu ta’ Marzu 2013, f’Għawdex, żdiedu 636 impjieg full-time, tkabbir ta’ 7%.

L-aqwa kejl tat-tkabbir ekonomiku huwa bla dubju ta’ xejn iż-żieda fl-impjiegi. Il-fatt li pajjiżna qed jara żieda sostanzjali u, għall-ewwel darba f’diversi snin, imferrxa mas-setturi kollha tal-ekonomija huwa l-aqwa evidenza li l-qagħda finanzjarja tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin qiegħda titjieb u mistennija tkompli titjieb bil-miżuri li se jkomplu jiddaħħlu fix-xhur li ġejjin, fosthom ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għall-industrija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow