Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI DR HELENA DALLI TINDIRIZZA S-SESSJONI PLENARJA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW.

pr142014
Date Icon 11/09/2014

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dr Helena Dalli indirizzat il-Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC).

Waqt id-diskors tagħha l-Ministru Dalli tkellmet dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni fuq livell Ewropew fit-tqassim ġust tar-responsabbiltà li qed iġġib magħha l-immigrazzjoni. 

Hija qalet li hemm bżonn ta’ azzjoni konkreta kemm mill-Kummisjoni kif ukoll fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm politika dwar l-immigrazzjoni li ma tħallix din ir-responsabbiltà taqa’ biss fuq il-pajjiżi li qegħdin fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

Dr Dalli faħħret il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-ħidma tiegħu fid-diversi oqsma, b’mod partikolari x-xogħol tiegħu biex itella’ fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari u kif din qed taffetwa sproporzjonalment lill-pajjiżi tal-Mediterran.

Il-Ministru Dalli tkellmet ukoll fuq il-ħidma tal-Gvern Malti fil-qasam tat-tisħiħ tad-djalogu soċjali u r-ristrutturar tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Tkellmet ukoll fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol speċjalment fuq il-miżuri li qed jieħu l-Gvern biex jindirizza l-prekarjat.

Dr Dalli tkellmet ukoll fuq l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern fl-oqsma tad-drittijiet ċivili, drittijiet tal-konsumatur, l-ugwaljanza u miżuri oħra biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali.

Wara d-diskors tagħha, Dr Dalli wieġbet għall-mistoqsijiet li sarulha mill-membri tal-EESC, fosthom il-membri Maltin.  Il-President tal-EESC, Henri Malosse  irringrazzja lill-Ministru Dalli talli laqgħet l-istedina biex tindirizza sessjoni plenarja ta’ dan il-Kumitat u faħħar il-ħidma tal-Gvern Malti għall-inizzjattivi li qed jieħu biex iwettaq politika li ma tħalli lil ħadd lura.

Dr Dalli hija l-ewwel Ministru Maltija li indirizzat lil dan il-Kumitat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow