IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TILTAQÀ MAL-HOSPICE MOVEMENT MALTA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ssuktat bil-laqgħat ma’ diversi entitajiet u organizzazzjonijiet. Flimkien mal-Hospice Movement Malta, Dr Caruana ddiskutiet l-operat tal-istess Hospice Movement Malta u faħħret l-operat tagħhom f’mumenti tant kritiċi u delikati fil-ħajja tal-persuni u tal-familjari u persuni qrib tagħhom. Min-naħa l-oħra l-Hospice stqarrew li hemm bżonn ta’ iktar għarfien dwar is-servizzi offruti minnhom speċjalment f’Għawdex.
Dr Justyne Caruana estendiet l-għajnuna tagħha u tad-dipartiment tagħha sabiex titqajjem iktar kuxjenza dwar dan is-servizz li jingħata b’xejn lil kull min ikollu bżonnu. Fil-fatt stiednet lill-istess Hospice biex ikunu preżenti waqt l-attivitajiet organizzati mis-Segretarjat biex appuntu tkompli titqajjem il-kuxjenza u l-għarfien dwar Hospice Movement Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042