Left arrow Mur Lura

MALTA TISĦAQ DWAR STUDJI XJENTIFIĊI U TEKNIĊI AKTAR FIL-FOND DWAR IL-BIJODIVERSITÀ

pr141997
Date Icon 09/09/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat indirizza laqgħa informali tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent organizzata mill-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea fi Brussel.  Din il-laqgħa seħħet bi tħejjija għall-Konvenzjoni Globali dwar il-Bijodiversità li ser issir fil-Korea ta’ Isfel ix-xahar id-dieħel.  Il-Ministru Brincat saħaq li għandu jkun hemm studji xjentifiċi u tekniċi dwar il-bijodiversità akar fil-fond.

Il-Ministru Brincat għaraf il-ħtieġa u ħeġġeġ biex jissaħħu r-rabtiet u s-sinerġija bejn il-bijodiversità u t-tibdil tal-klima, kemm fuq livell globali kif ukoll fil-kuntest taċ-Ċentru tal-Mediterran fejn tinsab gżiritna.  Hu qal ukoll li jkun jagħmel aktar sens jekk il-fruntieri tagħna fil-kuntest tal-Ecologically or Biologically Significant Marine Areas (EBSA) għandhom jiġu stabbiliti biss wara li jinkiseb aktar tagħrif xjentifiku important, kif ukoll wara li jiġu miflijja r-riżultati tat-tliet Proġetti LIFE+ li jinsabu għaddejjin f’Malta bħalissa.

B’hekk inkunu f’qagħda aħjar li naraw liema huma dawk iż-żoni speċifiċi marbutin direttament ma’ dawn il-kriterji wara li jkunu saru studji fil-fond kemm xjentifiċi u anki tekniċi.

Il-Ministru Brincat appella biex l-Unjoni Ewropea taħdem favur kriterji ċari u koerenti bbażati fuq l-aktar aspetti tekniċi u xjentifiċi aġġornati u koerenti.

Huwa qal li Malta tinsab lesta tappoġġja strateġija tal-Unjoni Ewropea li tisħaq dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, istituzzjonali, umani u anki tekniċi flimkien mal-użu effiċjenti tar-riżorsi eżistenti.

Il-Ministru qal li pajjiżna jemmen li t-targets lokali min-naħa l-oħra għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza nazzjonali b’mod li jaqbel mal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet nazzjonali.

Malta tappoġġja l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tkun pro-attiva fl-użu ta’ sorsi varji, inklużi dawk tas-settur privat, biex jinħolqu mekkaniżmi finanzjarji, kemm tradizzjonali kif ukoll ġodda u innovattivi  sabiex jiġu mobilizzati r-riżorsi kollha fil-qasam tal-bijodiversità.

Huwa qal li l-Gvern Malti jħoss li huwa importanti ħafna li jkun hemm rabtiet ċari u sodi tal-bijodiversità mal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli, iġifieri, is-Sustainable Development Process. B’dan il-mod, il-Gvern ikun qed jappoġġja bis-sħiħ il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità filwaqt li jindirizza wkoll kull aspett li jista’ iwassal għat-telfien tal-istess bijodiversità, b’konformità mal-qafas tal-aġenda ta’ żvilupp tal-Ġnus Magħquda għal wara s-sena 2015.

Il-Ministru Brincat ħa l-opportunità biex sostna l-appoġġ tal-Gvern Malti għall-proposta tal-Open Working Group dwar is-Sustainable Development Goals tal-Ġnus Magħquda f’dan il-qasam, għaliex jemmen li l-bijodiversità b’hekk tkun tista’ tiġi indirizzata b’mod aktar integrat u orizzontali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow