Left arrow Mur Lura

IL-MEMBRU PARLAMENTARI MARIO GALEA JMEXXI TEAM TA’ OSSERVATURI TAL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION - BRITISH ISLANDS AND MEDITERRANEAN REGION (CPA BIMR) WAQT L-ELEZZJONIJIET F’MONTSERRAT FIL-KARIBEW

pr141994
Date Icon 09/09/2014

Id-Deputat Mario Galea reġa’ kien magħżul biex imexxi team ta’ osservaturi tal-Commonwealth Parliamentary Association - British Islands and Mediterranean Region (CPA BIMR) li se jkun qed josserva l-elezzjonijiet f’Montserrat fil-Karibew.  L-elezzjoni se ssir fil-11 ta’ Settembru 2014.

F’Mejju tas-sena l-oħra, Mario Galea kien ukoll mexxa grupp ta’ osservaturi li osservaw l-elezzjonijiet f’Cayman Islands. Din hija l-għaxar darba li qed josserva elezzjonijiet barra minn Malta, u fis-snin li għaddew ħa sehem f’diversi Election Observation Missions kemm fiż-Zimbabwe, fil-Palestina, fil-Yemen, fil-Gambia u fil-Liberia fost oħrajn. 

Mario Galea u t-team ta’ osservaturi se jkunu qed josservaw il-proċess elettorali b’mod partikolari l-liġijiet li jirregolaw l-elezzjonijiet f’Monsterrat, il-kampanja elettorali, ir-rapurtaġġ tal-media, il-votazzjoni u l-għadd tal-voti u l-ħruġ tar-riżultat. Kemm idum f’Montserrat huwa se jkun ukoll qed jindirizza żewġ konferenzi tal-aħbarijiet u sa żmien xahrejn wara l-elezzjoni t-team ta’ osservaturi jippublikaw rapport finali, fejn jekk ikun il-każ, ikun jinkludi wkoll rakkomdazzjonijiet għall-elezzjonijiet futuri f’Montserrat.  Dan ir-rapport fost oħrajn jintbagħat lill-Gvern Ingliż.

Minbarra s-sehem tiegħu f’diversi Election Observation Missions, Mario Galea għadu kif spiċċa Post Graduate Diploma f’Election Assistance u Election Observation.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow