IL-MEMBRU PARLAMENTARI MARIO GALEA JMEXXI TEAM TA’ OSSERVATURI TAL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION - BRITISH ISLANDS AND MEDITERRANEAN REGION (CPA BIMR) WAQT L-ELEZZJONIJIET F’MONTSERRAT FIL-KARIBEW
Id-Deputat Mario Galea reġa’ kien magħżul biex imexxi team ta’ osservaturi tal-Commonwealth Parliamentary Association - British Islands and Mediterranean Region (CPA BIMR) li se jkun qed josserva l-elezzjonijiet f’Montserrat fil-Karibew. L-elezzjoni se ssir fil-11 ta’ Settembru 2014.
F’Mejju tas-sena l-oħra, Mario Galea kien ukoll mexxa grupp ta’ osservaturi li osservaw l-elezzjonijiet f’Cayman Islands. Din hija l-għaxar darba li qed josserva elezzjonijiet barra minn Malta, u fis-snin li għaddew ħa sehem f’diversi Election Observation Missions kemm fiż-Zimbabwe, fil-Palestina, fil-Yemen, fil-Gambia u fil-Liberia fost oħrajn.
Mario Galea u t-team ta’ osservaturi se jkunu qed josservaw il-proċess elettorali b’mod partikolari l-liġijiet li jirregolaw l-elezzjonijiet f’Monsterrat, il-kampanja elettorali, ir-rapurtaġġ tal-media, il-votazzjoni u l-għadd tal-voti u l-ħruġ tar-riżultat. Kemm idum f’Montserrat huwa se jkun ukoll qed jindirizza żewġ konferenzi tal-aħbarijiet u sa żmien xahrejn wara l-elezzjoni t-team ta’ osservaturi jippublikaw rapport finali, fejn jekk ikun il-każ, ikun jinkludi wkoll rakkomdazzjonijiet għall-elezzjonijiet futuri f’Montserrat. Dan ir-rapport fost oħrajn jintbagħat lill-Gvern Ingliż.
Minbarra s-sehem tiegħu f’diversi Election Observation Missions, Mario Galea għadu kif spiċċa Post Graduate Diploma f’Election Assistance u Election Observation.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042