STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr141992
08/09/2014
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jirreferi għall-aħbar imxandra llum dwar it-tieni wild li qed tistenna l-koppja Rjali, d-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge.
Il-Gvern Malti illum stess feraħ lill-Familja Rjali ta' din l-aħbar tajba.
Il-Gvern Ingliż mall-ewwel ikkuntattja lill-Gvern Malti in vista taż-żjara ppjanta f’Malta tad-Dukessa ta’ Cambridge fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.
Minħabba l-kundizzjoni tad-Dukessa, għadu kmieni biex jingħad x’se jiġri dwar iż-żjara tal-Altezza Rjali Tagħha għaliex id-deċiżjoni se tittieħed eqreb tad-data skedata (20-21 ta’ Settembru).
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042