Left arrow Mur Lura

KALANĊ TEAM ISIRU CHAMPIONS EWROPEJ

pr141990
Date Icon 08/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jawgura lil Chris Polidano u Kalanċ Team tar-rebħ tal-kampjonat FIA Top Methanol Dragster Europe.  Hu jibgħat l-awguri tiegħu lil Monty Bugeja u t-tim Mr Whippy li hu t-tim Malti l-ieħor li kien qed jieħu sehem fl-istess kampjonat u spiċċa fit-tieni post.

Chris Polidano u Kalanċ team kienu ddikjarati champions tal-FIA Top Methanol Dragster wara l-aħħar tellieqa li saret dan tmiem il-ġimgħa f’Santa Pod l-Ingilterra.  Kalanċ Team kienu eliminati wara l-ewwel rawnd madanakollu peress li l-uniku team li seta’ jilħaqhom, iġifieri l-Maltin l-oħra Mr Whippy, kienu wkoll eliminati Kalanċ Team kienu ddikjarati champions.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow