L-AĠENT PRESIDENT TA’ MALTA L-E.T. DOLORES CRISTINA TATTENDI GĦAL MARATONA TA’ ĠBIR TA’ FONDI B’RISQ IL-FONDAZZJONI NAZARETH
L-Aġent President ta’ Malta l-E.T. Dolores Cristina llum wara nofsinhar attendiet għal attivita’ ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Fondazzjoni Nazareth li għal snin twal ilha tagħti kenn lil persuni b’diżabilita’.
L-Aġent President faħħret il-ħidma ta’ din il-Fondazzjoni li qed tagħmel id-differenza fil-qasam tad-diżabilita’, li permezz ta’ dan is-servizz, il-persuni b’diżabilita’ sabu familja oħra tieħu ħsiebhom. L-Eċċellenza Tagħha Dolores Cristina faħħret lil Dun Anġ Seychell li kien hu l-qalb u r-ruħ li waqqaf din il-Fondazzjoni fir-residenza tiegħu fiż-Żejtun. L-Aġent President qalet li Dun Anġ kellu ħolma li permezz tagħha minkejja d-diffikultajiet, irnexxielu jwaqqaf servizz li qed jagħti tant kenn u wens lil persuni bi bżonnijiet speċjali.
L-Eċċellenza Tagħha Dolores Cristina awgurat lill-Fondazzjoni Nazareth biex tissokta tiżra’ t-tant ġid li qed tagħmel fis-soċjeta’.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042