Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-KOMPETTIVITA’ TAL-PAJJIŻ

pr141984
Date Icon 06/09/2014

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar isostni li l-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista dwar il-kompettitività ekonomika ta’ pajjiżna hija konferma oħra tan-nuqqas ta’ kredibilità tal-Oppożizzjoni.

“Konvenjentament l-Oppożizzjoni injorat għal kollox il-fatt l-Eurostat identifikat lil Malta bħala l-ekonomija bl-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropeja kollha, liema rizultat ikompli jikkonferma s-suċċess ta’ dan il-Gvern f’diversi oqsma tal-ekonomija, fosthom il-ħolqien tax-xogħol, l-investiment, u l-kummerċ,” saħaq il-Ministru Chris Cardona.

B’referenza għar-rapport tal-World Economic Forum dwar il-Kompettività fejn fih Malta kienet ikklassifikata fis-47 post minn 144 pajjiż, il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar jgħid li dan irrizultat wasal wara l-progress sostanzjali rreġistrat fl-2013-2014. Malta baqgħet quddiem pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea fosthom l-Italja, l-Ungerija u s-Slovenja.

“Il-Gvern fiż-żmien li ġej se jkompli jiżvillupa u jniedi inizjattivi ġodda u innovattivi li jgħinu lill-intrapriża, jnaqqsu l-burokrazija żejda u jtejjbu l-kompettività tal-pajjiż. Fost dawn il-miżuri hemm it-tnaqqis ta’ 25% fil-kontijiet tal-elettriku għan-negozji,” tenna l-Ministru Cardona.

Dawn flimkien ma’ sensiela ta’ servizzi ġodda li se tkun qed tniedi l-Malta Enteprise biex tkompli tassisti lin-negozji ġodda u tattira l-investiment lejn pajjiżna. Il-Korporazzjoni Malta Enterprise wara s-sena r-rekord irreġistrata fl-2013, fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena diġà approvat aktar minn 17- il proġett ġdid b’investiment dirett barrani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow