NATIONAL MINIMUM STANDARDS – KONSULTAZZJONI MAL-PROFESSJONISTI U UNIONS FIS-SETTUR
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ilbierah organizza Seminar Konsultattiv ieħor relatat mal-Istandards Minimi Nazzjonali għad-djar Residenzjali tal-Anzjani. Din il-laqgħa saret mal-professjonisti u l-unions li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-kura tal-Anzjani. Dan is-seminar sar fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kien hemm preżenti anki l-amministrazzjoni tar-residenza.
F’din il-laqgħa s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tkellmet dwar l-importanza ta’ konsultazzjoni mal-professjonisti biex niżguraw standards ta’ kwalità u li huma fattibli biex jiġu fis-seħħ. Saħqet li l-professjonisti jmissu b’idejhom il-problemi ta’ kuljum u għalhekk jafu x’hemm bżonn li jiġi indirizzat għall-ġid tal-anzjani tagħna u biex l-istess professjonisti jkunu jistgħu jaħdmu u joperaw aħjar.
F’din il-laqgħa kien hemm preżenti rappreżentanti differenti minn diversi unions li għandhom ħaddiema jaħdmu f’dan is-settur. Tkellmu wkoll u taw is-suġġerimenti tagħhom rappreżentanti minn dipartimenti differenti tar-residenza San Vinċenz de Paul. Is-Segretarju Parlamentari espremiet is-sodisfazzjon tagħha għall-kummenti u suġġerimenti mressqa minn dawk kollha preżenti għaliex dan iffisser mhux biss li għandhom is-settur għal qalbhom imma jridu li jimxi ’l quddiem permezz ta’ dawn l-istandards li tant kien hawn bżonn f’dan il-pajjiż.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042