Left arrow Go Back

ALLOKATI €275,000 MILL-GRUPP AZZJONI LOKALI XLOKK SABIEX JIĠU MTELLGĦA 10 ATTIVITAJIET EDUKATTIVI U KULTURALI FIR-REĠJUN TAX-XLOKK

pr141979
Date Icon 05/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg attenda konferenza stampa sabiex jiġu  mħabbra l-attivitajiet marbuta mal-iljieli Skalin li ser ikunu organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru mis-7.30pm ‘il quddiem ħdejn it-Torri ta’ San Tumas, torri li għadu kemm ġie restawrat permezz ta’ Fondi Ewropej mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.


Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej qal li dawn l-attivitajiet ser ikunu ffinanzjati permezz tal-Programm Leader wara sejħa maħruġa mill-Grupp Azzjoni Lokali Xlokk b’valur ta’ €275,000 u li l-għan tagħha huwa li jkunu organizzati avvenimenti edukattivi u kulturali mill-kunsilli lokali fir-reġjun tax-Xlokk ta’ Malta. Dr Borg ħabbar li l-għaxar Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn din l-iskema huma ta’ Wied il-Għajn, Ħal Qormi, Ħal Kirkop, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, Ħal Luqa, il-Qrendi, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq u Ħal Safi. L-attivitajiet ser isiru kollha bejn Settembru 2014 u Mejju 2015. Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li l-objettivi ta’ dawn l-attivitajiet edukattivi u kulturali huma:


- sabiex tiġi msaħħa l-identità tar-reġjun.


- sabiex jiġu attirati aktar turisti lejn dawn il-lokalitajiet.


- sabiex tiġi kreata niċċa ġdida ta’ turiżmu f’dan ir-reġjun.


Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Wied il-Għajn Mario Calleja li waqt l-intervent tiegħu qal li l-attivitajiet marbuta mal-iljieli Skalin ħa jkunu jikkonsistu f’diversi re-enactments fosthom tar-rebħa tal-Gran Mastru La Vallette u tar-rebħa tal-waqgħa tat-Torri ta’ San Tumas mill-Franċiżi.  Ser ikun hemm ukoll diversi esebituri tal-artiġġjanat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow