Left arrow Mur Lura

SPECIAL OLYMPICS MALTA JILTAQGĦU MAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS

pr141976
Date Icon 05/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius laqa’ fl-uffiċċju tiegħu parti mill-kontingent ta’ Special Olympics Malta li l-ġimgħa ddieħla ser ikun qiegħed iħalli pajjiżna sabiex jieħu sehem fil-logħob tas-Sajf ta’ Special Olympics Europe. 

F’dawn il-logħob, li ser isiru f’Antwerp il-Belġju, ser jieħdu sehem 2,000 atleta minn 58 pajjiż li ġejjin mill-Ewropa u l-Ewrażja.  Malta ser tkun irrapreżentata minn 32 atleta li ser jieħdu sehem fid-dixxiplini diversi.  Madanakollu l-kontinġent kollu kważi jilħaq total ta’ 50 persuna.

Id-direttur ġenerali ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja u d-direttur tal-isports Elaine Bonnici, li t-tnejn rringrazzjaw lill-awtoritajiet Maltin li għenu mill-aħjar mod possibli, akkumpanjaw lill-atleti waqt iż-żjara.

Is-Segretarju Parlamentari, waqt li kien qiegħed jindirizza lill-atleti u l-familjari tagħhom, awgura li l-atleti kollha jibbenefikaw minn din l-esperjenza u saħaq li Malta ser tkun warajhom f’dan l-avveniment Ewropew.  Huwa aċċenna għall-fatt li bħall-assoċjazzjonijiet oħra Special Olympics Malta tiltaqa’ ma problemi finanzjarji anke biex tieħu sehem f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell, kien għalhekk li ppreżenta wkoll għotja ta’ assistenza lil Anna Calleja, fil-preżenza ta’ Dr Luciano Busuttil u Mark Cutajar, ċermen u  rappreżentant tal-Kunsill Malti għall-Isport rispettivament.

Iċ-Ċerimonja tal-ftuħ ta’ Special Olympics Europe Summer Games ser tkun nhar is-Sibt 13 ta’ Settembru filwaqt li l-logħob jibqa’ sejjer sal-20 ta’ Settembru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow