Left arrow Mur Lura

GAMING MALTA U GAMING ACADEMY VARATI DALWAQT

pr141975
Date Icon 05/09/2014

Meta kien qed iżur lill-kumpanija tal-gaming Tipico li topera f’Portomaso, is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li bħalissa d-diskussjonijiet jinsabu fi stadju avvanzat biex is-Segretarjat immexxi minnu jvara l-Gaming Malta u l-Gaming Academy.

José Herrera qal li Gaming Malta se sservi ta’ forum bejn l-operaturi, l-intermedjarji u r-regulatur tal-gaming. Din il-Fondazzjoni, li se titwaqqaf dalwaqt, se sservi ta’ vetrina għal dak li joffri pajjiżna fejn jidħol il-gaming.

Min-naħa l-oħra l-Gaming Academy ser isservi ta’ ċentru speċjalizzat fit-taħriġ. Il-viżjoni ta’ dan iċ-ċentru se tkun li jipprovdi lis-settur livell għoli ta’ professjonaliżmu fis-settur uman. Għalhekk, tenna Herrera, din l-akkademja ser tinvesti f’riżors uman speċjalizzat fl-ICT biex flimkien mal-attrazzjonijiet l-oħra li jipprovdi pajjiżna, inkunu nistgħu inservu aktar ta’ hub għal kumpaniji tal-gaming f’pajjiżna.

Permezz ta’ dawn iż-żewg inizjattivi, Herrera qal li l-messaġġ li qed jibgħat dan il-Gvern huwa turija ta’ fiduċja f’din l-industrija.

Herrera qal li l-Kumpanija Tipico li twaqqfet fl-2004 hija eżempju tipiku ta’ storja ta’ success. Tipico bħalissa qed tħaddem mal-160 persuna madanakollu l-kumpanija qed taħseb li żżid il-ħaddiema għal mitejn, tenna l-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Jan Bolz.

Għand Tipico, is-Segretarju Parlamentari kien akkumpanjat miċ-Chairman Eżekuttiv tal-LGA Joseph Cuschieri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow