STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
Il-Gvern qed jippublika ittra li ntbagħtet minn Dr Etienne Grech lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, fil-kariga tiegħu ta’ Chairman, f’isem ir-rappreżentanti tal-Gvern fuq dan l-istess kumitat dwar it-talba għal dibattitu dwar il-bini tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
L-aħbar żvelata fil-jiem li għaddew, dwar kwalità inferjuri ta’ concrete fil-kolonni tad-Dipartiment tal-Emerġenza, tixhed il-bżonn għal investigazzjoni urġenti, kemm mill-pulizija kif ukoll mill-inkjesta esterna, biex isiru magħrufa d-dettalji kollha meħtieġa dwar kif saru l-affarijiet fil-passat waqt il-bini tal-Isptar.
B’dawn id-dettalji imbagħad għandhom ikunu analiżżati l-konsegwenzi kriminali u ċivili tal-każ filwaqt li tintrefa’ ir-responsabbilità politika, teknika u kummerċjali li jkun hemm bżonn. Huwa f’dan il-kuntest li l-għola istituzzjoni tal-pajjiż għandha tiddiskuti l-każ f’ġieħ it-trasparenza u l-kontabbilità.
Kopja ta’ din l-ittra ntbagħtet fost oħrajn lill-Ispeaker tal-Kamra, lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, lill-Awditur Ġenerali u lill-Kummissarju għas-Saħħa.
Ittra:
pr141972a.jpg
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042