IL-MINISTRU HELENA DALLI F’LAQGĦA MAL-KUMMISSARJU EWROPEW CECILIA MALMSTRÖM
F’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni u l-Intern, Cecilia Malmström, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli tkellmet dwar il-bżonn li l-Unjoni Ewropea taddotta pjan strateġiku għall-immigrazzjoni.
Il-Ministru Dalli qalet li filwaqt li Malta qed tagħmel minn kollox biex ma jintilfux aktar ħajjiet, din hija r-responsabilità tal-Unjoni Ewropea kollha u mhux tal-Istati Membri fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea biss.
Il-Ministru Dalli qalet li l-inkwiet ta’ ħafna ċittadini Ewropej inkluż Maltin fuq l-immigrazzjoni huwa riżultat ta’ nuqqas ta’ rieda biex verament jintlaħaq qbil fuq qsim xieraq ta’ din ir-responsabilità umanitarja fuq livell Ewropew.
Dr Dalli qalet li hemm bżonn ta’ aktar ħidma mal-mexxejja ta’ pajjiżi minn fejn jitilqu l-immigranti, biex jaderixxu mal-obbligi tagħhom fejn jidħlu drittijiet tal-bniedem, u b’hekk l-immigrazzjoni tkun għażla u mhux triq li jkollhom jieħdu biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti.
Il-Kummissarju Malmström irringrazzjat lill-Ministru Dalli għall-ħidma tagħha u qalet li ssegwi dak li qed tagħmel fil-qasam tad-drittijiet umani, filwaqt li offriet l-appoġġ u l-għajnuna tagħha bħala Kummissarju għax-xogħol li għad trid tagħmel.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042