Left arrow Mur Lura

KONFERENZA F’GĦAWDEX DWAR L-EFFIĊJENZA FIL-ĦIDMA TAL-GVERN

pr141964
Date Icon 04/09/2014

F’Għawdex ġiet organizzata konferenza oħra minn sensiela ta’ konferenzi bl-isem “Effiċjenza fil-Ħidma tal-Gvern” imtellgħa mill-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija Anthony Agius Decelis bis-sehem tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u l-Kelliem Ewlieni tal-Gvern Carmelo Abela.

Ġiet diskussa l-importanza tal-gżira Għawdxija, kif ukoll x’tip ta’ ħidma għandha ssir biex jintrebħu  l-problemi bħalma hi l-insularità doppja, u biex il-ġid li qed jinħoloq ġewwa Malta jasal ukoll f’ Għawdex. 

Ser titkompla l-konsultazzjoni ma’ stakeholders prinċipali Għawdxin fuq il-prinċipju ta’ bottom up approach fejn kulħadd se jkollu spazju jipparteċipa u jippreżenta l-proposti  tiegħu.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Simplikiazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija beda t-tieni fażi fejn iltaqa’ mal-fuq minn 50 stakeholder differenti  matul dawn l-aħħar tliet xhur u ġabar 160 proposta differenti. 

Waqt  din il-konferenza, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li l-iskop ta’ laqgħat bħal dawn  huwa li  jiġu studjati, imfassla u implimentati mizuri waqt li jkun hemm riflessjoni fuq dak li jkun sar, biex dejjem tittejjeb l-politika tal-Gvern.

Il-Ministru Refalo qal “Aħna nemmnu f’politika ta’ parteċipazzjoni fejn il-parteċipanti jkunu protagonisti f’dak kollu li nkunu qed nimplimentaw u nagħmlu.” Għalhekk b’mod ġenerali, hemm bżonn iktar komunikazzjoni bejn id-diversi dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, waqt li l-proċeduri jiġu simplifikati biex il-kwalità tal-ħajja tal-poplu tkun imtejba.

Il- Kummissarju Anthony Agius Decelis saħaq li wieħed mill-punti ewlenin tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li issa ssarraf f’wieħed mill-miri tar-roadmap tal-Gvern, hu li titnaqqas il-burokrazija b’25%.  Il-Gvern ħa din l-isfida b’serjetà kbira.  Dan kemm biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kif ukoll biex iħajjar l-investiment barrani dirett lejn xtutna.   Waħda mill-fatturi li jiżen intraprenditur  hija propju l-livell ta’ burokrazija li jkun hemm f’dak il-pajjiż.

Il-Kummissarju Agius Decelis semma li minħabba li Għawdex għandu insularità doppja, il-Gvern qed jaħdem bi sħiħ  biex il-ġid li qed joħloq il-Gvern jilħaq ukoll lill-Għawdxin.  Għaldaqstant il-Ministru Refalo elenka fost l-oħrajn it-twaqqif ta’ e-Residence Office biex jissimplifika l-proċess tal-passaporti f’Għawdex, kif ukoll il-ħsieb li minn Jannar il-Gozo Student Subsidy tibda tidħol direttament fil-kont tal-bank minflok li jingħata ċekk.

Kemm il-Ministru Refalo kif ukoll il-Kummissarju Agius Decelis ħeġġew liċ-ċittadini  biex iressqu kwalunkwe proposta li tista’ twassal għat-tnaqqis tal-burokrazija.  Ħadd iktar miċ-ċittadin li jkun qiegħed jesperjenza l-għoti ta’ servizz m’hu espert dwar kif għandha titnaqqas il-burokrazija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow