IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA TILTAQÀ MA’ IŻJED ORGANIZZAZJONIJIET GĦAD-DIŻABILITÀ
pr141961
04/09/2014
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ltaqgħet ma’ organizzazjonijiet differenti li joperaw mal-anzjani u fil-qasam tad-diżabilità. Il-laqgħat saru mar-Richmond Foundation, id-Deaf Association, u l-Equal Partners.
Ir-rappreżenatanti ta’ dawn l-entitajiet esprimew l-ideat tagħhom u l-problemi li jsibu ta’ kuljum fl-operat tagħhom. Saru wkoll diversi proposti. Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Dr Justyne Caruana, filwaqt li irringrazzjathom tal-ħidma siewja tagħhom, iddiskutiet il-pjanijiet tal-Gvern fl-oqsma rispettivi u ġew ukoll identifikati oqsma fejn tista’ issir kollaborazzjoni b’risq l-utenti tas-servizzi offruti minn dawn l-organizzazzjonijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042