Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr141960
Date Icon 04/09/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W.Vella kellu żjara ta’ korteżija mill-Ambaxxatriċi Amerikana għall-Libja l-E.T. Deborah Jones li bħalissa qed topera minn Malta wara li l-Gvern Malti aċċetta li l-Ambaxxatriċi flimkien ma’ uffiċjali li kienu fl-Ambaxxata Amerikana fil-Libja jiġu jaħdmu minn Malta.

L-Ambaxxatriċi Jones kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta l-E.T. Gina Abercrombie-Winstanley.  Kif mistenni, matul il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni fil-Libja u kif din qed tevolvi minn ġurnata għall-oħra.

Iż-żewġ naħat urew qbil dwar x’għandha tkun it-triq ’il quddiem u qablu li  jinfurmaw lil xulxin b’inizjattivi li jkunu qed jieħdu u li jaħdmu flimkien fil-miżuri diplomatiċi li jkollhom jittieħdu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow