STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W.Vella kellu żjara ta’ korteżija mill-Ambaxxatriċi Amerikana għall-Libja l-E.T. Deborah Jones li bħalissa qed topera minn Malta wara li l-Gvern Malti aċċetta li l-Ambaxxatriċi flimkien ma’ uffiċjali li kienu fl-Ambaxxata Amerikana fil-Libja jiġu jaħdmu minn Malta.
L-Ambaxxatriċi Jones kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta l-E.T. Gina Abercrombie-Winstanley. Kif mistenni, matul il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni fil-Libja u kif din qed tevolvi minn ġurnata għall-oħra.
Iż-żewġ naħat urew qbil dwar x’għandha tkun it-triq ’il quddiem u qablu li jinfurmaw lil xulxin b’inizjattivi li jkunu qed jieħdu u li jaħdmu flimkien fil-miżuri diplomatiċi li jkollhom jittieħdu.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042