Left arrow Mur Lura

TĦABBIR TAR-RATI TA’ MGĦAX TA’ ŻEWĠ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX LI TVARJA

pr141956mt
Date Icon 04/09/2014

It-Teżor iħabbar li r-rati ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur u tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur  ġew stabbiliti kif ġej: 

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja

·         l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 5 ta’ Settembru, 2014 u l-4 ta’ Marzu, 2015 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.150% pa.  Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Erbgħa, 3 ta’ Settembru, 2014 b’ 0.250%, flimkien ma’ spread ta’ 90 basis points.

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja

  • l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 5 ta’ Settembru, 2014 u l-4 ta’ Marzu, 2015 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.350% pa.  Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Erbgħa, 3 ta’ Settembru, 2014 b’ 0.250% , flimkien ma’ spread ta’ 110 basis points.

Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(g) u paragrafu 7 (h) tal-Prospett li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ Awwissu, 2012 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 874.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow