Left arrow Go Back

ALLOKAT MILJUN EWRO MINN FONDI EWROPEJ F’INTERVENTI FL-IMDINA

pr141955
Date Icon 04/09/2014

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem is-swar tal-Imdina, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u Fondi Ewropej, Ian Borg, ħabbar il-bidu ta’ xogħol ta’ restawr madwar il-kumplament tas-swar tal-Imdina li jinkludi ukoll il-bieb tal-Griegi.

Dr. Borg spjega li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet se jkunu qed jiġu kkonsolidati dawk il-partijiet tas-swar li kienu tħallew abbandunati.  Huwa qal li apparti t-tisbiħ tal-ħitan ta’ difiża, se jkun qed isir ukoll xogħol fuq is-swar ta’ San Pietru kif ukoll madwar il-famuż Bieb tal-Griegi.

Is-Segretarju Parlamentari rrefera wkoll għall-interventi oħra li se jkunu inkorporati ma’ dan il-proġett ta’ tisbiħ li jinkludu l-installazzjoni ta’ xelters għall-karozzini.  Dawn ix-xelters se jkunu qed jgħinu biex tingħeleb problema li kienet ilha teżisti għal żmien twil u se jkunu qed isebbħu l-entratura tal-Imdina.

Fl-istess waqt id-ditch tal-Imdina se jkun qiegħed uffiċjalment jiġi konkluż grazzi għall-installazzjoni ta’ railings li jiggarantixxu aktar sigurtà lill-pubbliku inġenerali.

Dr. Borg qal li b’dan l-investiment ġdid, il-Gvern sema’ liċ-ċittadini u fuq kollox lill-Kunsill Lokali tal-Imdina. Waqt l-intervent tiegħu, is-Sindku tal-Imdina faħħar l-interventi li ħa jkun qed iwettaq il-Gvern u saħaq li dan l-investiment għandu jiġġenera aktar attività ekonomika mhux biss fil-viċinanzi iżda wkoll madwar is-settur kollu tat-turiżmu li tant huwa popolari f’dawn l-inħawi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow