ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2014
pr141953
04/09/2014
Is-Sibt, 6 ta' Settembru 2014
Serata Kommemorattiva f'Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta
| 19.15 hrs | Wasla tal-mistednin distinti |
| 19.28 hrs | Wasla tal-Aġent Prim Ministru |
| 19.30 hrs | Programm Mużiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tat-taqsima “In Guardia” tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-Kor ta’ Doreen Galea, l-iskola taż-Żfin ta’ Bridgette Gauci Borda u l-Banda tal-Forzi Armati immexxija mill-Kaptan John I. Borg. Matul is-serata se jinqraw u jiġu animati poeżiji marbuta mas-suġġett. Isir diskors kommemorattiv minn Dr Giuseppe Schembri Bonaci. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta' kuruni mill-Aġent Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. Is-serata se tkun ippreźentata mis-Sur Joe Dimech. |
Innu Nazzjonali
Il-Ħadd, 7 ta' Settembru, 2014
Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali Parrokkjali tan-Naxxar
| 19.10 hrs | Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur minn Triq il-Paroċċa, Naxxar |
| 19.15 hrs | Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali Parrokkjali tan-Naxxar |
| 19.19 hrs | Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati |
| 19.22 hrs | Wasla tal-Prim Ministru |
| 19.25 hrs | Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta |
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur
19.30 hrs Quddiesa Pontifikali
It-Tnejn, 8 ta' Settembru, 2014
"JUM IL-VITTORJA"
Ċerimonja ta’ tifkira mill-Eċċ.Tagħha l-President ta’ Malta
| 10.00 hrs | Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta, assistita miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta. Tieħu sehem l-Armata tal-Forzi Armati ta’ Malta |
| 10.30 hrs | Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Birgu segwit mill-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla, u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-tieni gwerra mondjali. |
Regatta fil-Port il-Kbir
12.30hrs Regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042