Left arrow Mur Lura

JITTELLGĦU L-POLOZ TAR-REGATTA TA’ JUM IL-VITTORJA

pr141952
Date Icon 04/09/2014

Fil-jiem li għaddew, fil-baċir li għadu kemm ġie inawgurat f’Bormla, waqt konferenza tal-aħbarijiet  ttellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vittorja. Il-Port il-Kbir għal darb’oħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birżebbuġa,  Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett.  Huma jipparteċipaw f’għaxart itlielaq f’żewġ kategoriji differenti; A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li magħhom jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s-shield tar-regatta ta’ Jum il-Vittorja.

Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintużaw humafrejgatini,kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji.  Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta’ sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef.  Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija f’pajjiżna. Oriġinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintużaw fil-ħidma ta’ kuljum mill-barklori, madanakollu maż-żmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq. 

Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-10 itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u Sport Chris Agius, li sostna li għandu diversi proposti sabiex ir-regatta issir waħda aktar popolari.  Fost l-oħrajn li jitnaqqas il-ħin għaliex ħames siegħat huma wisq għall-attività sportiva u li fil-ġurnata tar-regatta ma jkun hemm l-ebda attività sportiva oħra.  Is-Segretarju Parlamentari saħaq li għalkemm il-pika sportiva hija waħda importanti, jiddeplora inċidenti li jistgħu jinqalgħu kemm bejn il-qaddiefa u anke bejn il-partitarji. 

Tkellem ukoll iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport li fakkar il-memorja ta’ Teddie Borg; personaġġ sinonimu mal-isport tal-baħar u anke mar-regatta.  Huwa kompla jgħid li għalkemm dan huwa avveniment tradizzjonali, wieħed irid jifhem li l-qaddiefa huma wkoll atletli li jagħmlu sagrifiċċji sabiex jipprattikaw din id-dixxiplina.

Waqt il-konferenza tkellmu wkoll Mark Cutajar rapreżentant tal-KMS u s-Segretarju tal-Għaqda Regatta Nazzjonali Anthony Caruana.  Intant ir-Regatta ta’ Jum il-Vittorja pjanata li tibda fis-1.00pm u l-pjazzament tal-korsiji ser ikun kif ġej:

Distretti

Birgu

B’buġa

Bormla

Isla

Kalkara

Marsa

M’mxett

No

Tiġrija

Kat

1

Dgħajjes (C) – Tal-Pass b’żewġ imqadef

B

2

3

5

4

1

7

6

2

Dgħajjes (A) – Tal-Midalji b’erba’mqadef

A

2

4

5

3

1

6

7

3

Kajjikki b’żewġ imqadef

B

5

1

3

7

6

2

4

4

Frejgatini b’żewġ imqadef u tmunier

A

7

5

4

1

3

6

2

5

Dgħajjes (A) – Tal-Midalji b’erba’mqadef

B

6

3

1

5

7

4

2

6

Dgħajjes (C) – Tal-Pass b’żewġ imqadef

A

6

7

1

5

3

2

4

7

Frejgatini b’żewġ imqadef u tmunier

B

5

7

2

6

1

4

3

8

Kajjikki b’żewġ imqadef

A

1

7

6

5

2

3

4

9

Dgħajjes (B) – Tal-Pass b’erba’ mqadef

B

7

2

1

4

3

5

6

10

Dgħajjes (B) – Tal-Pass b’erba’ mqadef

A

1

5

6

7

3

4

2

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow