Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr141950
Date Icon 03/09/2014

Imħabbra t-tieni serata ta’ Rockestra nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru

Wara li nbiegħu l-biljetti kollha ta’ Rockestra, għas-serata tas-Sibt 27 ta’ Settembru 2014, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li fuq talba ġenerali se tkun qed issir serata oħra l-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014 fis-sitta ta’ filgħaxija.

“Jiena u żewġi Edgar nagħtu ħajr lill-poplu Malti u Għawdxi li wieġeb għas-sejħa li għamilna biex jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ solidarjetà b’risq il-Malta Community Chest Fund”, sostniet il-President Coleiro.

Il-President ta’ Malta rringrazzjat lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, l-artisti u partikolarmanent l-amministrazzjoni tal-MFCC li kkonfermaw l-użu tas-sala biex tkun tista’ tittella’ serata oħra l-Ħadd. Spjegat li Rockestra issa hija parti mill-kalendarju kulturali Malti.

Il-President Coleiro Preca qalet li tinsab konvinta li permezz tal-qalb kbira tal-poplu Malti u t-talent lokali, se jiġi preżentat spettaklu mill-aqwa biex permezz tiegħu nuru l-imħabba u s-solidarjetà ma’ min għandu bżonn.

Indirizza wkoll l-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonnici, li wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-organizazzjoni tat-tieni serata. Spjega kif Rockestra se tkun ta’ pjattaforma għat-talent ġdid. Ma’ dan ingħaqad il-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Kultura Dr Francis Zammit Dimech li spjega kif din hija okkażjoni ta’ ringrazzjament doppju għaliex aktar nies se jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Id-direttur mużikali ta’ Rockestra Sigmund Mifsud qal li bħalissa diġa bdew il-preparamenti bil-provi għal Rockestra u assigura lil dawk kollha li se jattendu għat-tieni serata li l-ispettaklu mtella’ se jkun bħal dak tal-ewwel serata. Min-naħa tiegħu d-direttur artistiku Pawlu Borg Bonaci appella lil dawk interessati biex jaħtfu dan l-aħħar ċans u jixtru l-biljetti għal Rockestra.

Mil-lum, kull min huwa interessat jista’ jibbukkja l-biljetti tas-serata tal-Ħadd 28 ta’ Settembru mis-sit elettroniku www.ooii.com.mt inkella mill-Palazz, il-Belt jew il-Palazz ta’ Sant’Anton. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.rockestra.org.mt, iċempel fuq 21 226 226 jew jibgħat imejl fuq rockestra@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow