Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA L-POLITIKA DWAR AĠĠUSTAMENT TAL-LIMITAZZJONI TAL-GĦOLI GĦAL-LUKANDI

pr141946
Date Icon 03/09/2014

Waqt konferenza stampa f’lukanda ewlenija f’Malta ġiet imnedija l-Politika dwar ‘Aġġustament tal-Limitazzjoni tal-Għoli għal-Lukandi’.

Is-Segretarju Parlamentari Dr Michael Falzon beda billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-MEPA għall-ħidma kbira tagħhom, u semma li qed issir fost oħrajn ħidma fuq erbatax–il policy, u dan minbarra xogħlijiet oħra li għaddejjin bħalissa. F’dan ir-rigward, qed jidher ċar illi l-Gvern qed ikun pro-attiv u mhux reattiv, kif ukoll li b’impenn minn kulħadd, qed iħares lejn diversi aspetti oħra bħall-enerġija nadifa.  Dan huwa Gvern li jħares ’il quddiem u ma jaħdimx bis-sistema ta` ‘Management by Crisis’.  Fi żmien tnax-il xahar il-Gvern kien kapaċi jaħdem b’mod ħolistiku u qed jaħdem id f’id mal-investituri tas-settur turistiku. 

Semma wkoll l-importanza li qed tingħata lejn ħidma kompleta, fejn il-konsultazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u dipartimenti tal-Gvern, issir sa mill-bidu ta’ kull proċess, biex b’hekk titnaqqas il-burokrazija, u jitħaffu l-proċeduri, fl-aħjar interess ta’ kulħadd, mhux lanqas tas-settur privat.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis saħaq li din il-Policy għandha bħala obbjettiv prinċipali t-titjib tal-kwalità tal-prodott. Huwa saħaq li l-investitur għandu jħares lejn it-titjib tal-prodott, fis-sens l-aktar wiesgħa, bħall-kmamar ġodda li jindirizzaw niċeċ ta’ turiżmu ġodda, servizzi jew faċilitajiet ġodda, teknologija ġdida, fuq kollox innovazzjoni.

Biex jiġi assigurat dan kollu, il-Ministeru għat-Turiżmu, bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u f’konsultazzjoni mal-MHRA, qed iniedi dokument ta’ Politika fejn dan kollu qed jiġi miġbur għall-benefiċċju tal-operaturi u għas-settur innifsu. Dan qed jiġi mniedi kontemporanjament mad-dokument tal-Awtorità għal Ambjent u l-Ippjanar sabiex nassiguraw sinerġija bejn iż-żewġ Awtoritajiet fl-għoti ta’ dawn il-permessi u ċertezza lil min qed japplika għal din l-iskema.

Il-Ministru għalaq billi tenna li rridu nħarsu lejn il-prodott li qed noffru bħalissa u nippjanaw b’mod serju għall-futur. Il-Gvern qed jagħmel dan billi qed jaħdem fuq policies u strateġiji ġodda u billi qed jagħmel it-tibdil li hemm bżonn.

F’din il-konferenza stampa tkellmu wkoll il-Perit Silvio Farrugia fejn spjega fid-dettal din il-politika kif ukoll ic-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu, Paul Bugeja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow