TITNIEDA T-TIENI EDIZZJONI TA’ ‘JAZZ DO’
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo niedew festa ta’ Jazz fil-gżira Għawdxija Jazz Do li din is-sena se ssir fis-6 ta’ Settembru 2014 fejn id-dħul se jkun b’xejn.
Għall-edizzjoni ta’ din is-sena l-mużiċisti se jkunu jinkludu Charles City Gatt, Mro Paul Abela, Godwin Lucas, ll-Pusé, Jes Psaila u t-trio Sqalli ta’ Rino Cirinná.
Dan se jkun avveniment kulturali fejn mużiċisti lokali u barranin jingћaqdu gћal serata memorabbli ћdejn il-baћar.
Il-Ministru Owen Bonnici spjega li dan il-festival huwa mtella’ b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru gћal Gћawdex, il-Ministeru gћall-Kultura, kif ukoll il-Ministeru tat-Turiżmu. Dan huwa każ klassiku ta’ ministeri li jikkordinaw bejniethom gћall-avveniment kulturali.
“Hija x-xewqa tagħna li nressqu lejn Gћawdex attivitajiet kulturali fil-forom kollha, li jinkludi l-jazz”, stqarr Dr Bonnici.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo esprima s-sodisfazzjon li wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, se jerġa’ jsir il-Jazz Do f’Għawdex.
Huwa sostna li din l-attività li se tressaq lill-Għawdxin lejn dan il-ġeneru ta’ mużika, u se tkun attrazzjoni biex ikompli jissaħħaħ it-turiżmu intern u aktar Maltin iqattgħu tmiem il-ġimgħa f’Għawdex. Attivitajiet bħal dawn jistgħu faċilment jiġu rreklamati barra minn xtutna u jiftħu niċċa ta’ turiżmu mużikali lejn Għawdex.
Jazz Do 2014 se jsir fil-Port tal-Imġarr, post ideali għal ġeneru ta’ mużika bħal ma’ hu l-Jazz. Dan l-avveniment popolari qiegħed jirreklama ġeneru ta’ mużika ta’ livell artistiku għoli li jirrispetta l-ekoloġija Għawdxija, għaliex jikkumplimenta s-sens ta’ trankwilità li hija sinonima ma’ Għawdex.
Il-Ministru Anton Refalo radd ħajr lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom biex il-Jazz Do jkun suċċess u jawgura serata mill-iktar pjaċevoli f’wieħed mill-isbaħ postijiet tal-gżira.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042