Left arrow Mur Lura

DETERMINATI LI NBIDLU L-ISFIDA TAL-ECOMMERCE F’OPPORTUNITA’ GĦAN-NEGOZJI LOKALI – IL-MINISTRU CARDONA

pr141943
Date Icon 03/09/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ndirizza t-tielet Kunsill konsultattiv għall-intrapriża għal matul din is-sena, li ddiskuta t-tema; ‘eCommerce and Data Protection: Opportunities and Obligations for Maltese Business’.

Il-Ministru Cardona qal li dan il-Gvern jirrikonoxxi li l-eCommerce qiegħed jimpatta mhux ftit lin-negozji tradizzjonali.

“Dan il-Gvern mhux biss huwa impenjat li jara kif tista’ tiġi megħluba din il-problema, imma huwa determinat li jassisti lin-negozji jdawru din l-isfida f’opportunita’” saħaq Dr. Chris Cardona.

Il-kummerċ elettroniku qed jikber b’rata verament impressjonanti. F’dawn l-aħħar tlett snin il-bejgħ minn fuq l-internet kiber b’rata medja ta’ aktar minn 18% fis-sena filwaqt li ż-żieda fin-negozju tradizzjonali kien biss ta’ 1.3%, fuq l-istess perjodu.

Il-Ministru Cardona qal li hija ħasra li 12% biss tal-intrapriżi lokali qed ibiegħu minn fuq l-internet. Dan fl-istess waqt l-ammont ta’ xiri mill-konsumatur Malti minn fuq siti elettroniċi barranin qed jikber b’rata pjuttost aktar mgħaġġla.

Konxji minn dan l-iżbilanċ,  Dr. Chris Cardona qal li l-Gvern inkariga lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni biex tfassal pjan strateġiku nazzjonali għal kummerċ elettroniku għal-perjodu bejn l-2014 – 2020. L-għan prinċipali ta’ din l-istrateġija huwa li jkun inkoraġġut l-użu tal-kummerċ elettroniku min-negozji Maltin sabiex b’hekk id-distakk li jeżisti bhalissa bejn xiri minn barra u bejgħ minn Malta, jingħalaq.

Il-Ministru spjega li dan se jsir ukoll billi l-Awtorita’ tiżvolġi rwol ta’ regolatur f’dan is-settur sabiex tissaħħaħ il-kunfidenza tax-xerrejja fis-siti Maltin.

“Il-ħidma tal-Gvern f’dan is-settur kif tistu tapprezzaw mhijiex waħda sporadika. Sa minn kmieni f’din il-leġizlatura nidejna l-istrateġija Nazzjonali ta’ l-ICT għas-seba’ snin bejn 2014 u 2020, strateġija li hi mibnija fuq tliet temi prinċipali - ‘Ċittadin Diġitali’, ‘Gvern Diġitali’ u ‘Negozju Diġitali’” saħaq il-Ministru Cardona. Dan filwaqt li elenka sensiela sħiħa ta’ proposti li numru kbir minnhom huma ndirrizzati lejn intrapriżi żgħar u medji.

Il-Kunsill Konsultattiv għall-intrapriża kien indirizzat ukoll mis-Sur Emanuel Darmanin, Kap tad-dipartiment tal-Istrateġija u l-Ippjanar fi ħdan il-MITA, mis-Sinjura Denise Borda, eCommerce Analyst fl-MCA u mis-Sur Saviour Cachia, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow