Left arrow Mur Lura

TNAQQIS FL-IMGĦAX GĦAL MIN JIRREGOLARIZZA L-KONTIJIET MHUX IMĦALLSA

pr141942
Date Icon 02/09/2014

Permezz t’avviż legali, daħlet fis-seħħ skema li tagħti perjodu ta’ regolarizzazzjoni biex familji u negozji li għandhom kontijiet pendenti jibbenefikaw minn tnaqqis fl-imgħax.

L-iskema ser twassal għall-eżenzjoni parzjali mill-pagament tal-imgħax ta’ dawk li jħallsu l-kontijiet pendenti.

Din hija waħda mill-iskemi li tfasslet wara diversi laqgħat inkluż mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u li se tkun qed tinċentiva fost oħrajn lin-negozji li waqgħu lura fil-ħlasijiet tagħhom tul l-aħħar snin.

Il-perjodu ta’ regolarizzazzjoni, li matulu l-familji u n-negozji jridu japplikaw għal din l-iskema, ser ikun qed jidħol fis-seħħ mill-ewwel ta’ Settembru u jintemm fil-31 ta’ Ottubru.

Dawk il-familji u n-negozji li jagħzlu li jħallsu l-flus kollha dovuti fuq il-kontijiet għas-servizzi tal-elettriku u l-ilma f’dan il-perjodu ta’ regolarizzazzjoni se jiffrankaw li jħallsu 75% tal-imgħax dovut.

Dawk li jħallsu fi żmien xahar wara l-għeluq ta’ dan il-perjodu jiffrankaw nofs l-imgħax dovut waqt li dawk li jħallsu l-ammonti kollha dovuti fi żmien xahrejn minn wara l-għeluq ta’ dan il-perjodu, jiffrankaw li jħallsu 25% tal-imgħax dovut.

Din l-iskema hija intiża biex tinkoraġġixxi kemm il-familji kif ukoll in-negozji biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma dovuti b’mezzi li jgħoddu għalihom ukoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow