STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol saret laqgħa li fiha ħadu sehem uffiċjali tal-Malta Union of Teachers, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u uffiċjali tal-Ministeru fejn iddiskutew it-tħassib li jeżisti fost il-persuni li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni u fost it-tfal dwar x’għandu jsir f’każi ta’ persuni li jiġu akkużati b’abbużi fuq it-tfal.
Kien hemm qbil li għandu jkun hemm protezzjoni sħiħa tat-tfal u fl-istess waqt ħarsien tad-drittijiet tal-persuni kollha involuti fil-mod kif jiġi trattat il-każ. Intlaħaq qbil li fil-jiem li ġejjin jiltaqgħu flimkien l-MUT mal-Ministri għall-Edukazzjoni, għall-Intern u għall-Ġustizzja biex jaraw x’għandu jsir biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet delikati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042