Left arrow Go Back

JIĠI FI TMIEMU ‘SUMMER ON THE MOVE’ U JIFTĦU L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-SKOLASPORT

pr141940
Date Icon 02/09/2014

Għal ħafna nies ix-xahar ta' Settembru huwa sinonimu mal-bidu tas-sena skolastika. Għall-Kunsill Malti għall-Isport, Settembru jġib miegħu tmiem Summer on the Move; il-programm sportiv għas-sajf.  Din il-ġimgħa fil-fatt hija l-aħħar waħda għat-3,800 parteċipant li din is-sena attendew għas-sessjonijiet ta' dan il-programm.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius flimkien maċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil żaru l-pixxina nazzjonali tal-Qroqq fejn segwew l-attivitajiet li kienu għaddejjin għal nies ta' kull età.  Spikkat l-esebizzjoni tal-għawm sinkronizzat li ta' kull gimgha tkun immexxija minn Saho Harada, li rebħet żewġ midalji f'din id-dixxiplina; waħda tal-fidda u oħra tal-bronż f'żewġ edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf (2004/2008). Minbarra l-attivitajiet fil-pixxina, kemm is-Segretarju Parlamentari kif ukoll iċ-Chairman żaru l-indoor games li kienu għaddejjin fil-kumpless f’Tal-Qroqq.

Din kienet l-ewwel sena, minbarra l-2004, li l-programm Summer on the Move m'għamilx telf. Il-fondi li se jibqa' wara li jinqatgħu l-ispejjeż kollha, se jintużaw biex il-livell tal-programmi kulma jmur jitjieb.

Il-Kunsill Malti għall-Isport huwa impenjat li joffri lill-pubbliku ġenerali aktar programmi ta’ dan it-tip. Intant, minn nhar il-Ġimgħa 5 ta' Settembru se jiftħu l-applikazzjonijiet online ta' Skolasport.  Dawk interessati li japplikaw għal Skolasport huma mħeġġa li ma jħallux għall-aħħar. Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit www.sportmalta.org.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow